Parl Sec Keith Azzopardi Tanti

Keith Azzopardi Tanti twieled fis-17 ta’ Marzu 1984 u trabba f’familja tal-klassi tal-ħaddiema. Issa huwa miżżewweġ, għandu żewġt itfal subien u għandu lawrea fl-Ekonomija u l-Maniġment mill-Università ta’ Malta. Huwa kiseb ukoll il-kwalifika tal-ACCA u eżerċita l-professjoni tiegħu bħala Accountant, qabel ma ġie elett fil-Parlament.

Onor. Azzopardi Tanti beda l-karriera politika tiegħu f’età bikrija u fl-2013, huwa aċċetta l-istedina tal-Partit Laburista biex joħroġ għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali f’Tal-Pietà. Aktar tard huwa ħareġ għall-elezzjoni u ġie elett bħala sindku f’din l-ewwel elezzjoni u reġa’ ġie kkonfermat sindku wara l-elezzjoni tal-2019.

Keith Azzopardi Tanti jħares ’il quddiem bil-ħeġġa biex jimplimenta l-esperjenza, l-enerġija żagħżugħa u l-ħidma akkademika tiegħu fir-rwol tiegħu bħala Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.​

parliamentary-secretart-image