Is-Sur Matthew Vella twieled fl-1989. Huwa studja fl-Università ta’ Malta fejn kiseb Baċellerat bl-Unuri fil-Ħidma Soċjali, segwit bi kwalifika ta’ Master’s fl-Istudji tal-Familja. L-oqsma ta’ speċjalizzazzjoni tiegħu jinkludu l-ippjanar u l-awditjar soċjali, l-iżvilupp tal-komunità u s-servizzi, ir-regolamenti u l-iżvilupp ta’ politika.

Sa mill-2019, is-Sur Vella serva bħala Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Istandards tal-Kura Soċjali, u qabel dan mill-2015 bħala Direttur tas-Servizzi Korporattivi fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar. Il-karriera tiegħu fi ħdan is-Servizz Pubbliku bdiet bħala ħaddiem soċjali fis-Servizzi għat-Tfal.

Kontributi riċenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku huma l-istabbiliment tal-Istandards Soċjali Regolatorji għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali u l-Viżjoni Strateġika 2020-2027 Nistinkaw għall-Eċċellenza: Immexxu l-Innovazzjoni Soċjali permezz tar-Regolazzjoni.

Is-Sur Vella nħatar Segretarju Permanenti fil-Ministeru għaċ-Ċittadini Anzjani u l-Anzjanità Attiva u l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Ħarsien Soċjali f’Diċembru 2020. F’Diċembru 2021, dan tal-aħħar reġa’ ġie assenjat lill-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Ħarsien Soċjali u l-Organizzazzjonijiet Volontarji.

F’Jannar 2022, is-Sur Vella nħatar Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni. F’April 2022, is-Sur Vella nħatar Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.​​