MISSJONI
Id-Direttorat tal-Wellbeing jippromwovi l-aspetti ħolistiċi tal-istudenti, biex jgħinhom jgħixu ħajja sinifikanti. Is-servizzi offruti mid-Direttorat tal-Wellbeing jikkumplimentaw lil dawk ta’ Direttorati oħra u jgħinu lill-istudenti jsiru reżiljenti u kunfidenti b’tali mod li jkunu assertivi u determinati li jilħqu l-miri u l-potenzjal tagħhom.
Il-missjoni tagħna hija li nintervjenu kif meħtieġ biex nipprovdu l-għodod u l-ħiliet meħtieġa lill-istudenti sabiex nagħtuhom ir-rieda li jindirizzaw sfidi kritiċi relatati mas-sigurtà, is-saħħa mentali, il-bullying, l-abbuż minn sustanzi, kif ukoll jippjanaw il-karriera rispettiva tagħhom. Aħna lesti li nisimgħu lill-istudenti tagħna u, flimkien, nistinkaw biex nibnu netwerk ta’ appoġġ sabiex kull student jirnexxi akkademikament, soċjalment u emozzjonalment.
VIŻJONI
Li nkunu parti ċentrali ta’ sistema edukattiva koeżiva li noffru servizz ta’ sapport, u nkunu rikonoxxuti għal dan is-sapport innovattiv, kollaborattiv u ċċentrat fuq l-istudenti tagħna. Li nippreparaw lil kull student jegħleb l-isfidi, jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu, u jikkontribwixxi b’mod pożittiv fis-soċjetà permezz ta’ miżuri preventivi, interventi personalizzati, u impenn għall-eċċellenza.
VALURI
Aħna impenjati biex inwettqu u nagħtu sapport lill-istudenti u lill-professjonisti kollha taħt it-tmexxija tagħna mill-valuri tagħna stess, biex ngħinuhom niżviluppaw u niksbu l-ambizzjonijiet u nkunu ta’ servizz għall-oħrajn.
- L-Integrità: Meta wieħed iqis il-preżenza tagħna fl-iskejjel, il-membri tad-Direttorat iridu jiżguraw responsabbiltà, jipparteċipaw fi prattiki etiċi, iżommu l-ogħla standards u jmexxu bl-eżempju.
- L-Empatija: Minħabba li naħdmu f’ambjent sensittiv ħafna, huwa importanti ferm li d-Direttorat tagħna jibni u jżomm il-fiduċja billi jifhem u jkun sensittiv mal-istudenti, il-familji, u l-edukaturi.
- Il-Kollaborazzjoni: Il-kollaborazzjoni huwa prinċipju fundamentali b’saħħtu ħafna. Huwa kruċjali li kull membru tagħna jrawwem kollaborazzjoni fost il-professjonisti, familji, u partijiet interessati esterni biex jagħtu sapport integrat b’mod effiċjenti u effettiv.
- L-Inklussività: L-inklużjoni trid tkun inkorporata fir-rutina tad-dmirijiet tad-Direttorat fil-ħajja ta’ kuljum. L-apprezzament tad-diversità u l-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs għall-istudenti kollha huma kruċjali biex id-Direttorat jibqa’ kredibbli.
- Is-setgħa: L-ispirazzjoni li nagħtu lill-istudenti tagħna hija importanti għall-iżvilupp personali tagħhom biex jibqgħu fuq quddiem fis-suq kompetittiv. Aħna nħeġġu tkabbir personali, reżiljenza u kunfidenza fihom infushom.
- L-Innovazzjoni: Biex nagħmlu differenza pożittiva fil-ħajja tan-nies, il-membri tagħna jistinkaw biex ikunu flessibbli kemm jista’ jkun. Huma jfittxu kontinwament strateġiji u soluzzjonijiet biex jindirizzaw b’mod effettiv ħtiġijiet ġodda.