Peress li fl-iskola ta’ uliedkom kien hemm aktar minn tliet (3) nominazzjonijiet għal membri rappreżentanti tal-ġenituri/kustodji għall-Kunsill Skolastiku, nixtieq niġbdilkom l-attenzjoni li l-elezzjoni għall-Kunsill Skolastiku se ssir bejn l-24 ta’ Jannar 2025  u t-28 ta’ Jannar 2025.

Sadanittant, intom se tkunu qed tirċievu elettronikament Kodiċi mill-iskola magħmul minn tmien (8) ittri.

  1. Kull ġenitur/kustodju għandu/ha dritt jivvota.
  2. Kull ġenitur/kustodju se jirċievi Kodiċi biex jintuża waqt il-votazzjoni onlajn.
  3. Is-sistema tal-elezzjonijiet għall-Kunsilli skolastiċi hija dik magħrufa bħala first past the post fejn il-Votanti jintalbu jagħżlu mhux aktar minn tliet kandidati minn dawk innominati.
  4. Il-ġenituri/kustodji għandhom jivvutaw onlajn billi jaċċessaw il-portal https://education.gov.mt/useful-links/school-council-elections/ u dan jista’ jsir permezz ta’ kompjuter, tablet jew smartphone.
  5. F’każ ta’ diffikultà, il-edukatur għandu jikkuntattja lill-iskola.
  6. Biex tivvota:

Hawn taħt hawn il-lista ta’ skejjel eliġibbli għall-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Skolastiċi li ġejjin għall-ġenituri/kustodji.

Gozo College:

St Benedict College:

St Ignatius College:

St Margaret College:

St Clare College:

St Gorg Preca College:

Maria Regina College:

edukazzjoni
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.