MISSJONI

Id-Direttorat, li jieħu fih 19-il dixxiplina differenti mill-Kurrikulu Nazzjonali u li jkopru s-Snin Bikrin, il-Lingwi u l-Istudji Umanistiċi kif inhuma mgħallma fl-iskola obbligatorja huwa kommess li jassigura li jkun hemm mod kif il-Units rispettivi jitmexxew kif suppost u permezz ta’ 28 Uffiċċjal Edukattiv jingħata sapport lill-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u dawk Indipendenti b’mod ekwu.

VIŻJONI

B’impenn lejn it-tmexxija tal-programmi tat-tagħlim u l-assessjar għas-Snin Bikrin, għal-Lingwi u għall-Istudji Umanistiċi, id-Direttorat huma kommess li jinvesti f’tagħrif ġdid, ħiliet aħjar u sapport pożittiv lill-edukaturi kollha u għall-istudenti sa sittax-il-sena permezz tal-iktar esperjenza valida u relevanti fil-klassi u lil hemm mill-iskola.

VALURI

Permezz ta’ kollaborazzjoni u networking xieraq, id-Direttorat għandu l-għan li:

  • Iżomm u jsaħħaħ l-esperjenza tat-tagħlim u tal-assessjar ta’ kull student individwali permezz tat-taħriġ lill-edukaturi. kollha,
  • Ikompli jinvesti f’riżorsi edukattivi u innovattivi u billi jkun parteċipant attiv fit-trasformazzjoni lejn kisbiet mit-tagħlim ta’ suċċess fuq livell kemm nazzjonali kif ukoll Ewropew.
FacebookTwitter