MISSJONI

Permezz tat-tfassil, regolamentazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni tal-istandards, ngħinu lill-komunitajiet edukattivi jipprovdu edukazzjoni ta’ kwalità u ekwa lill-istudenti kollha biex jiksbu l-potenzjal sħiħ tagħhom.

VIŻJONI

Jiġi żgurat li l-istudenti kollha f’istituzzjonijiet edukattivi pre-obbligatorji u obbligatorji jiġu pprovduti b’edukazzjoni ta’ kwalità f’konformità mal-leġiżlazzjoni, il-politiki u l-istandards nazzjonali.

VALURI

    • Kondotta Professjonali: Inżommu mal-ogħla standards ta’ professjonalità fl-attivitajiet kollha.
    • Integrità: Tiġi miżmuma l-onestà u l-prinċipji etiċi b’saħħithom fil-proċessi kollha.
    • Sensittività: Nahdmu b’għarfien u konsiderazzjoni għall-ħtiġijiet diversi tal-komunità edukattiva.
    • Ekwità fl-Edukazzjoni: Niżguraw aċċess ġust u inklużiv għal edukazzjoni ta’ kwalità għall-istudenti kollha.
    • Żvilupp Olistiku: Nippromwovu l-progress olistiku tal-istudenti kollha biex jiffunzjonaw b’mod effettiv fis-soċjetà.
FacebookTwitter