L-MISSJONI TAGĦNA
Aħna impenjati li nittrasformaw l-edukazzjoni permezz tal-prospettiva strateġika, l-ippjanar u l-kollaborazzjoni mas-sistema edukattiva kollha. L-għan tagħna huwa li nindirizzaw l-isfidi u noffru opportunitajiet sabiex kull student ikun appoġġat biex jilħaq il-potenzjal tiegħu f’sistema edukattiva reżiljenti u adattabbli.
IL-Viżjoni TAGHNA
Sistema edukattiva li taħseb ’il quddiem u temmen li l-politiki u l-ippjanar edukattiv jrawmu l-ekwità, is-sostenibbiltà u approċċ li jpoġġi l-persuna fiċ-ċentru. B’hekk, nagħtu s-setgħa lill-istudenti, lill-edukaturi u lill-komunitajiet biex ikunu responsabbli tal-proċess, filwaqt li jkollhom l-opportunità li jikkollaboraw mal-partijiet ikkonċernati kollha biex jiksbu l-għanijiet tagħhom.
VALURI
1. Trasformazzjoni u Prospettiva Strateġika
Aħna nmexxu b’viżjoni ċara, billi nħaddnu t-trasformazzjoni u l-prospettiva strateġika sabiex noħolqu sistema edukattiva reżiljenti u li tkun lesta għall-futur.
2. Ekwità u Ġustizzja
Aħna kommessi li nħaddnu l-ġustizzja, id-dinjità u l-inklussività filwaqt li niżguraw li kull student ikolli aċċess għal opportunitajiet u appoġġ sabiex ikun jista’ jirnexxi f’ħajtu.
3. Integrità u Rispett
Aħna naġixxu b’mod onest, trasparenti, u nipprattikaw rispett reċiproku f’dak kollu li nagħmlu billi nibnu l-fiduċja fil-komunità tagħna.
4. Emanċipazzjoni
Aħna nagħtu s-setgħa lill-individwi, speċjalment lill-istudenti, l-edukaturi u l-komunitajiet sabiex ikunu responsabbli tat-tkabbir tagħhom u jsawru l-futur tagħhom.
5. Kollaborazzjoni u Komunità
Aħna nemmnu fl-importanza tal-konnessjonijiet u r-responsabbiltà kondiviża billi naħdmu flimkien mal-partijiet ikkonċernati kollha sabiex niksbu impatt sinifikanti.
6. Responsabbiltà u Sostenibbiltà
Aħna naġixxu b’responsabbiltà u viżjoni fit-tul, billi niżguraw li d-deċiżjonijiet li nieħdu jappoġġjaw kemm il-ġenerazzjonijiet preżenti kif ukoll dawk futuri.
7. Determinazzjoni u Reżiljenza
Immexxija mill-iskop u l-passjoni tagħna, aħna nibqgħu kommessi u adattabbli quddiem kull sfida.

