MISSJONI
Il-missjoni tagħna hija li t-tagħlim ikun bħala vjaġġ tul il-ħajja għal kulħadd, u li l-individwi u l-komunitajiet jiksbu l-ħiliet li huma rilevanti għall-ħtiġijiet, il-ħajja u l-ħidma tagħhom billi:
- Intejbu l-opportunitajiet edukattivi għal adulti b’livell baxx ta’ ħiliet u bi kwalifiki baxxi
- Id-diversifikazzjoni tal-metodi u l-opportunitajiet għat-tagħlim
- L-iżgurar tal-kwalità fil-provvediment tal-korsijiet tat-Tagħlim Tul il-Ħajja
VIŻJONI
Id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja u l-Impjegabbiltà (DLE) jaspira li jipprovdi opportunitajiet ta’ tagħlim personalizzati u ta’ appoġġ għall-adulti (15+) kollha ta’ Malta u Għawdex.
VALURI
Nemmnu fiż-żieda ta’ parteċipazzjoni fit-tipi kollha ta’ tagħlim għall-adulti, kemm f’ambjent formali jew informali, kemm jekk għall-akkwist ta’ ħiliet tax-xogħol, għal ċittadinanza attiva, jew għall-iżvilupp personali.

