Scroll to top

Warrant Temporanju għall-Għalliema

Kopja PDF ta’ dawn id-dokumenti hija neċessarja sabiex tissottometti l-applikazzjoni għall-Warrant Temporanju għall-Għalliema.

  • Kwalifiki

Applowdja l-kopji taċ-ċertifikati kollha ddikjarati f’din is-sezzjoni. Dikjarazzjoni ta’ komparabbilità maħruġa mill-MFHEA għandha tiġi applowdjata flimkien mas-Suppliment tad-Diploma tal-Europass jekk il-kwalifika mhix maħruġa minn istituzzjoni Maltija (livell 5 jew aktar). Il-kwalifiki elenkati mhux appoġġjati minn kopji ċċertifikati mhux se jkunu kkunsidrati.

  • Konferma tal-Impjieg

Skejjel tal-Istat: Kopja diġitali tad-Deployment Notification Form (DNF). Din il-formola tintbagħat lill-għalliema mid-Dipartiment tar-Riżorsi Edukattivi.

Skejjel tal-Knisja u Indipendenti: Agħfas hawn biex tniżżel il-Formola tad-Dikjarazzjoni. Kopja diġitali ta’ din il-formola iffirmata mill-Kap tal-Iskola għandha tiġi mehmuża mal-applikazzjoni.

  • Tiftix tar-Rekords tal-Pulizija (Fedina Penali)

Kopja tal-irċevuta mgħotija mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija tal-Applikazzjoni tal-Fedina Penali

Applikanti li m’ilhomx residenti Malta għal dawn l-aħħar għaxar (10) snin, huma mitluba jagħtu lill-Kunsill Tiftix tar-Rekords tal-Pulizija mill-pajjiż fejn kienu qed jgħixu.

edukazzjoni
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.