WhatsApp-Image-2024-01-10-at-13.13.13 (1)

L-Onorevoli Clifton Grima huwa l-Ministru għall-Edukazzjoni l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni. L-Onorevoli Grima huwa avukat bi professjoni. Huwa ggradwa b’Dottorat tal-Liġi mill-Università ta’ Malta fl-2010 u ġie elett fil-Parlament f’Ottubru 2016. Huwa serva bħala Membru tal-Parlament Malti minn dakinhar. Wara l-Elezzjoni Ġenerali ta’ Ġunju 2017, l-Onorevoli Grima ġie fdat bi rwol fil-Kabinett bħala Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Organizzazzjonijiet Volontarji. Fl-2021, inħatar bħala Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport.

Bħala Ministru, l-Onorevoli Grima bħalissa huwa responsabbli għas-settur tal-Edukazzjoni u l-industrija tal-Isport ta’ Malta. Huwa magħruf għall-involviment tiegħu fit-twaqqif ta’ strateġiji ġodda mmirati lejn l-iżvilupp ta’ setturi ġodda orjentati lejn il-ġejjieni.

L-Onorevoli Grima huwa wkoll responsabbli għal reviżjoni sħiħa tal-liġijiet li jirregolaw is-settur volontarju mmirata biex tiżgura aktar responsabbiltà u trasparenza. Bħala parti mill-għan imsemmi hawn fuq, huwa waqqaf awtorità nazzjonali li tieħu ħsieb il-governanza u l-integrità fl-isport kif ukoll awtorità, EquestriMalta, biex isservi bħala regolatur għall-isport ekwestri.

Bil-mira li jqiegħed lil Malta fuq il-mappa tal-isport dinji u li l-pajjiż jospita kompetizzjonijiet fuq livell internazzjonali, l-Onorevoli Grima mexxa għall-iżvilupp tal-istrateġija tal-isport ta’ Malta u l-modernizzazzjoni tal-infrastruttura sportiva ta’ Malta.