Skejjel Primarji
Patri Indri Schembri Skola Primarja ta’ Ħal Luqa
Dikjarazzjoni tal-missjoni:
Il-missjoni tagħna hija li niggwidaw lit-tfal biex jiksbu l-għarfien u jitgħallmu l-ħiliet meħtieġa għalihom biex jiżviluppaw sal-potenzjal massimu tagħhom. Nemmnu li t-tfal jitgħallmu aktar jekk ikunu kuntenti u jħossuhom maħbubin, għalhekk l-għan tagħna huwa li noħolqu l-ethos ideali li jippermettilna npoġġu din il-filosofija fil-prattika. Nistinkaw biex noħolqu ambjent li jwassal għall-inkoraġġiment u l-iżvilupp ta’ valuri etiċi li jagħtu lill-istudenti tagħna bażi tajba li fuqha jibnu karatteristiċi ta’ karattru b’saħħithom biex jiffaċċjaw l-isfidi tagħhom tul ħajjithom. Ngħinu lil-uliedna jiżviluppaw fl-isferi kollha: fiżiċi, intellettwali, kreattivi, emozzjonali u spiritwali. Isiru konxji tal-valuri tagħhom bħala individwi li l-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-ħajja tal-iskola huma rikonoxxuti u apprezzati.
Indirizz: Triq Sant Andrija, LQA 1028, Luqa
Kap tal-Iskola: Mr Alexander Cassar
Assistent Kap tal-Iskola: Ms Rita Bonett, Mr Stefano Farrugia, Ms Jane Mangion, Ms Hannah Micallef
Dr Irene Condachi Skola Primarja ta’ Ħal Qormi (SG).
Dikjarazzjoni tal-missjoni:
Naqsmu mal-komunita’ ta’ Ħal Qormi San Ġorġ ir-responsabbilta’ ta’ l-iżvilupp uniku ta’ kull tifel u tifla fl-iskola tagħna. Din is-sħubija tipprovdi ambjent ta’ tagħlim sikur u stimulanti li huwa ffukat fuq l-istudenti, iffaċilitat mill-edukaturi u appoġġjat mid-dar u l-komunita’
Indirizz: 38, Pjazza Frederick Maempel, QRM 1515, Qormi
Kap tal-Iskola: Ms Terry Pace
Assistent Kap tal-Iskola: Mr Charles Bonnici, Ms Roberta Callus, Ms Josette Grech, Ms Erika Rapa
Guze’ Muscat Azzopardi Skola Primarja ta’ Ħal Qormi (SS).
Dikjarazzjoni tal-missjoni:
Il-missjoni tagħna hija li nippromwovu ambjent fejn:
- L-istudenti jitgħallmu f’ ambjent adattat għat-tfal, sikur u li jimmotiva.
- L-edukaturi jiffaċilitaw it-tagħlim u jrawmu kontinwament lil kull student
- L-amministraturi u l-persunal jiżguraw ambjent ta’ appoġġ li jwassal għal tagħlim effettiv.
Indirizz: Pjazza Narbona, QRM 2403, Qormi
Kap tal-Iskola: Ms Josephine Baldacchino
Assistent Kap tal-Iskola: Ms Audrey Bezzina, Ms Geraldine Degabriele Pace, Mr Jason Inguanez, Ms Diane Micallef, Ms Marisa Pace
Patri Guze’ Delia Skola Primarja tas-Siġġiewi
Dikjarazzjoni tal-missjoni:
Għandna l-għan li noħolqu ambjent organizzat tajjeb, stimulanti u li jieħu ħsieb lit-tfal tagħna biex ikunu jistgħu jikbru, jitgħallmu u jiżviluppaw fiżikament, emozzjonalment, psikoloġikament u akkademikament u b’ hekk ngħinuhom jiksbu edukazzjoni ħolistika.
Indirizz: Triq Dr Nikola Zammit, SGW 3077, Siggiewi
Kap tal-Iskola: Mr Charlot Cassar
Assistent Kap tal-Iskola: Ms Sandra Abela, Mr Anthony Caruana, Ms Maria Grazia Giordimaina, Ms Iren Mizzi, Mr Randolph Peresso
Dun Karm Psaila Skola Primarja taż-Żebbuġ
Dikjarazzjoni tal-missjoni:
L-iskola tagħna taħdem billi tinvolvi lit-tfal u lill-familji tagħhom f’ edukazzjoni ta’ kwalita’ ħolistika, li tqis id-dimensjonijiet soċjo-kulturali kollha tas-soċjeta ’moderna. Edukazzjoni bħal din tieħu ħsieb il-bżonnijiet individwali tal-istudenti u se sservi ta’ pass kbir biex tgħin lil kull tifel u tifla jiksbu dawk il-kompetenzi kollha meħtieġa, mhux biss fid-dinja tal-lum, iżda wkoll għal esperjenza ta’ tagħlim tul il-ħajja. Aħna impenjati li nipprovdu ambjent sikur u ta’ kura filwaqt li nnisslu valuri pożittivi.
Indirizz: 41, Triq l-Isqof Caruana, Zebbug
Kap tal-Iskola : Ms Cynthia Aquilina
Assistent Kap tal-Iskola: Ms Claire Cardona, Ms Sandra (Alexandra) Farrugia, Ms Stephania Gauci, Mr Mark Muscat, Ms Leontine Spiteri
Ċentru ta’ Appoġġ għat-Tagħlim taż-Żebbuġ (Primarja)
Dikjarazzjoni tal-missjoni:
Dan huwa mmirat biex jappoġġja studenti ta’ etajiet primarji li jbatu minn diffikultajiet soċjali, emozzjonali u ta’ mġiba. Iċ-ċentru joffri programmi mfassla skont il-bżonnijiet individwali ta’ kull student u studenta. Dawn il-programmi huma diretti biex jappoġġjaw lill-istudenti fil-bżonnijiet soċjali u emozzjonali tagħhom. L-għan finali tal-programmi offruti fil-Learning Support Centre huwa l-integrazzjoni mill-ġdid fl-iskejjel mainstream ta’ studenti li huma esklużi, jew li huma f’ riskju li jiġu esklużi, minħabba d-diffikultajiet soċjali, emozzjonali u ta’ mġiba tagħhom.
Indirizz: 45, Triq L- isqof Caruana, Ħaż-Żebbuġ
Skejjel Sekondarji
Prof Edward Debono Handaq Middle School (ex Skola Sekondarja tal-Bniet ta’ Handaq)
Dikjarazzjoni tal-missjoni:
Il-Missjoni tal-Kulleġġ tagħna hija li niżguraw li l-istudenti kollha jiksbu d-dritt tagħhom għat-tagħlim kif previst fl-Artikolu 51 tal-Att dwar l-Edukazzjoni. (Diċ, 2006).
Ir-riforma attwali tal-edukazzjoni tipprevedi sensiela ta’ bidliet interkonnessi li jeħtieġu mod ġdid ta’ ħidma għall-iskejjel f’ kollaborazzjoni u kooperazzjoni mill-qrib ma’ xulxin.
Indirizz: Tal-Handaq, L/O Qormi
Mobile tal-iskola: 79448283
Kap tal-Iskola: Ms Maria Montebello
Assistent Kap tal-Iskola: Mr Josef Azzopardi, Mr Mario Calleja, Mr Vincent Caruana Gauci, Ms Mary Josephine Mercieca, Ms Claire-Marie Zahra, Mr. Sebastian Sultana
Mikiel Anton Vassalli Skola Sekondarja Handaq (ex- Skola Sekondarja tas-Subien)
Dikjarazzjoni tal-missjoni:
Kulleġġ San Injazju, Skola Sekondarja Ħandaq huwa impenjat li jagħti s-setgħa lill-istudenti tagħna biex isibu l-aħjar soluzzjonijiet għall-ħtiġijiet soċjali, akkademiċi, fiżiċi u spiritwali f’ ambjent inklussiv. Permezz tal-edukazzjoni ħolistika, l-iskola tappoġġja l-iżvilupp sħiħ tat-talenti, l-intelliġenza, il-profiċjenzi u l-aptitudnijiet tal-istudenti.
Indirizz: Tal-Handaq, L/O Qormi
Kap tal-Iskola: Mr Bernado Riolo
Assistent Kap tal-Iskola: Mr Stephen Azzopardi, Ms Diane Calleja, Mr Emanuel Camilleri, Ms Melanie Darmanin, Ms Melanie Mifsud, Ms Nadia Scicluna, Ms Clare (Marie Clare) Spiteri Zammit, Mr Sebastian Sultana