Scroll to top

Trasport għall-iskejjel mhux tal-istat mingħajr ħlas

Minn Settembru 2018, il-Gvern introduċa trasport għall-iskejjel b’xejn għall-istudenti li jattendu l-iskejjel tal-knisja u indipendenti. Eluf ta’ studenti li jattendu dawn l-iskejjel huma eliġibbli biex jibbenefikaw minn din l-iskema.

Eliġibilita’għall-Iskema ta’ Trasport B’ Xejn.

  • L-istudenti huma residenti f’Malta. (L-istudenti li għandhom Karta tal-Identita’ diplomatika għandhom jikkuntattjaw lit-taqsima tat-trasport tal-iskejjel għal aktar informazzjoni);
  • Studenti li bħalissa qegħdin f’sena skolastika obbligatorja, jiġifieri mill-Kinder 1 sal-11-il Sena;
  • Studenti li joqgħodu raġġ ta’ distanza ta’ 1 km ‘l barra mill-indirizz tar-residenza primarja tagħhom sal-iskola.

Proċess ta’ applikazzjoni.
Il-ġenituri/kustodji legali huma meħtieġa japplikaw online għat-trasport tal-iskola b’xejn kull sena. Il-proċess ta ’applikazzjoni online għas-sena skolastika 2026-2027 għandu jibda fit-4 ta’ Mejju 2026 u jagħlaq fil-31 ta ’Awwissu 2026. Il-ġenituri għandhom jirċievu vawċer bħala rikonoxximent għall-applikazzjoni tagħhom. Vouchers tas-snin ta’ qabel ma jiġġeddux awtomatikament iżda ġenituri li jkunu diġa applikaw matul is-sena skolastika 2025-2026 għandhom jirċievu notifika permezz ta ’email biex iġeddu.

Il-ġenituri/kustodji legali li sa jkunu qed jutilizzaw it-trasport ta l-iskola sa jigu infurmati permezz ta ‘email personalizzat mibgħuta minn MES bit-termini u kundizzjonijiet ta l-użu ta’ dan is-servizz. L-email se tigi mibghuta lil genituri/kustodji legali fi żmien għadatat għal proċessar tar-rotot. It-Taqsima tat-Trasport tal-Iskejjel tgħarraf lill-iskejjel u lill-ġenituri dwar il-proċess tal-applikazzjoni permezz tal-email. L-applikazzjonijiet online jintlaqgħu matul il-perjodu ta’ żmien stipulat. L-applikazzjonijiet online jistgħu jiġu aċċessati mis-sit eletroniku https://edukazzjoni.gov.mt/servizzi/ fejn jridu jużaw il-ħolqa. Applikazzjonijiet manwali u applikazzjonijiet li jaslu tard jintlaqgħu biss permezz tas-servizz ta’ one-stop-shop li jinsab fl-indirizzi hawn taħt fil-ħinijiet indikati:

Servizz.gov EDU, Great Siege Road, Floriana Malta

  • Kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-09:30am u 2:00pm
  • Nhar ta’ Erbgħa bejn id-09:30am u 6:00pm
  • Nhar ta’ Sibt bejn it-08:00am u 12:00pm

Gozo College, Office of the College Principal Europe Street, Victoria, Gozo. Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 08:00am – 12:00pm

Għal applikazzjonijiet manwali u/jew tard il-ġenituri huma mitluba jġibu magħhom id-dokumenti li ġejjin:

  • Karta tal-Identita’ valida/passaport/permess ta’ residenza tal-ġenitur/kustodju legali tal-applikant;
  • ċertifikat tat-twelid/passaport validu/permess ta’ residenza/karta tal-identita’ tal-istudent;

Kopji tad-dokumenti msemmija hawn fuq ma jiġux aċċettati.

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi mill-ġenituri/kustodji legali BISS u huma responsabbli li jagħtu l-voucher lill-operatur tas-servizz rispettiv tagħhom.

L-applikazzjonijiet jsiru bil-Malti jew bl-Ingliż biss. Hija r-responsabbilta’ tal-ġenituri/kustodji legali li jaraw li li jkunu fehmu t-termini u l-kundizzjonijiet.

Kif tirreġistra għall-e-ID jew tibdel il-password?

Kull persuna li għandha Karta tal-Identita’ jew Karta ta’ Residenza Maltija (għal ċittadini tal-UE u mhux tal-UE) hija intitolata għal kont tal-e-ID. Jekk qatt ma użajtha, jekk jogħġbok agħfas hawn. Jekk insejt il-password tiegħek, jekk jogħġbok agħfas hawn.

Nota: Jekk il-minuri ma jkunx irreġistrat jew marbut mal-e-ID tal-ġenitur/kustodju legali tkun trid timtela applikazzjoni manwali billi żżur l-uffiċċji tagħna kif spjegat hawn fuq.

L-Operaturi ta’ s-Servizz
* LISTA * dropdown eċċ

Nista’ nibbukkja t-trasport għall-vjaġġ ta’ filgħodu jew ta’ waranofsinhar biss?
Iva, it-trasport jista’ jiġi bbukkjat jew għall-vjaġġ ta’ filgħodu biss, jew għall-vjaġġ ta’ waranofsinhar biss jew għaż-żewġ vjaġġi skond il-bżonn.

Kif jiġu determinati l-ħinijiet u l-postijiet fejnjinġabru i jitniżżlu t-tfal?
Il-postijiet għandhom jiġu miftiehma bejn il-ġenitur/kustodju legali u l-fornitur tas-servizz. Dan għandu jkun rifless fl-indirizz imniżżel fil-vawċer maħruġ lill-ġenitur. Il-ġenituri/kustodji legali jistgħu jagħżlu biss indirizz fiss wieħed filgħodu u indirizz fiss wieħed waranofsinhar.

L-iskedar ta’ ġranet mhux permess, jiġifieri l-ġenituri/kustodji legali mhux se jitħallew jipprovdu indirizzi multipli. . Barra minn hekk, mhux se jitħallew jagħtu dati differenti għaż-żewġ indirizzi pprovduti.

Kundizzjonijiet għall-Provvediment ta’ Servizz. Għal aktar informazzjoni rigward il-kriterji ta’ eliġibilita, kif ukoll it-termini ta ’użu, ġentilment ara t-termini u l-kundizzjonijiet tagħna permezz ta’ din il-holqa.

  • L-istudenti għandhom iġibu ruħhom b’mod xieraq matul il-vjaġġ kollu.
  • L-istudenti għandhom jiżguraw li l-imġiba tagħhom ma taljenax lis-sewwieq milli jsuq b’mod sigur.
  • L-istudenti m’għandhom jagħmlu l-ebda attivita li tista’ tikkawża ħsara lill-vettura tat-trasport tal-iskola. Jekk kwalunkwe ħsara li tirriżulta minn imġiba mhux mixtieqa, il-ġenituri/kustodji legali obligati jħallsu d-danni rispettivi lill-operatur tas-servizz.
  • L-istudenti huma responsabbli ta’ ħwejjiġhom fuq il-vettura tat-trasport tal-iskola – min jipprovdi s-servizz u/jew il-Ministeru ma jistax jinżamm responsabbli ta’ ħwejjiġhom li jispiċċaw nieqsa waqt il-vjaġġi.
  • L-iskejjel jistgħu jieħdu passi dixxiplinarji kontra l-istudenti jekk xi studenti jġibu ruħhom ħażin fuq il-vettura tat-trasport tal-iskola. Dawn jistgħu jvarjaw minn sospensjoni temporanja għal sospensjoni indefinita ta’ student/a mit-trasport tal-iskola.
  • Il-ġenituri għandhom jħallsu kwalunkwe ħsara volontarja li l-istudent rispettiv tagħhom jista’ jwettaq fuq il-vjagg.
  • It-Taqsima tat-Trasport tal-Iskola tirriserva d-dritt li tissospendi b ’mod temporanju jew permanenti l-użu tat-trasport tal-iskola b’ xejn jekk jinkisru l-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
  • Hija r-responsabbilta’ tal-ġenituri u/jew kustodji legali li jiżguraw li jkunu fiżikament preżenti mat-tifel/tifla rispettivi tagħhom waqt il-pick-up u d-drop-off fil-punt indikat.

Fejn għandek tikkuntattjana:
Għal aktar informazzjoni tista’ tikkuntattjana permezz ta’ email fuq 25981888 jew inkella tikkuntattjana fuq [email protected]

edukazzjoni
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.