Scroll to top
Dikjarazzjoni tal-Missjoni:

Mickeys hija pijuniera lokali fl-edukazzjoni tat-tfulija bikrija, imwaqqfa fl-1996, li tmexxi żewġ ċentri ta’ childcare, żewġ skejjel tal-kindergarten u l-klabbs tal-vaganzi skolastiċi HiKids. Aħna qegħdin kontinwament nespandu u ntejbu s-servizzi tagħna sabiex nipprovdu lill-klijenti tagħna bl-aħjar esperjenzi ta’ tagħlim u ambjent għall-uliedhom. Nistinkaw biex inżommu livell għoli ta’ servizz, miksub permezz ta’ tim magħqud ta’ impjegati dedikati u motivati flimkien mal-esperjenza estensiva tagħna, li nqisuha bħala l-aqwa riżors biex nilħqu l-għanijiet tagħna.

Peress li aħna liċenzjati mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni, nilħqu u saħansitra naqsmu l-istandards u r-rekwiżiti lokali permezz tal-faċilitajiet imfassla apposta tagħna, impjegati mħarrġa u kwalifikati ħafna, u ġestjoni koordinata.

Hawnhekk f’Mickeys nemmnu bis-sħiħ li kull tifel u tifla jistħoqqlu l-aħjar bidu possibbli fil-ħajja u s-sapport li bih jista’ jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu. It-tfal jiżviluppaw malajr fis-snin bikrin, u l-esperjenzi tagħhom sal-età ta’ ħames snin għandhom impatt kbir fuq l-opportunitajiet tagħhom fil-futur. Tfulija sigura, protetta u kuntenta hija importanti fiha nnifisha. Trobbija tajba u tagħlim bikri ta’ kwalità għolja flimkien jipprovdu l-bażi li t-tfal għandhom bżonn biex jagħmlu l-aħjar użu mill-ħiliet u t-talenti tagħhom hekk kif jikbru.

Prinċipal tal-Kulleġġ:
Mr Simon Zammit

Indirizz:
23, Danny Cremona Street
Ħamrun, ĦMR1513

Numru tal-Kuntatt:
21665532 / 21222551 / 99222552

Emajl:
[email protected]

Ara l-Iskejjel

edukazzjoni
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.