MISSJONI

Jimplimenta eżamijiet validi, affidabbli u siguri għal skopijiet ta’ ċertifikazzjoni, ta’ għażla u ta’ liċenzjar.

VIŻJONI

Ikun Dipartiment distint li jimplimenta u jappoġġja t-tmexxija ta’ eżamijiet ta’ kwalità.

VALURI

Id-Dipartiment tal-Eżamijiet jikkondividi l-valuri etiċi tas-Servizz Pubbliku u għandu impenn serju lejn:

  • L-Eċċellenza – nistinkaw sabiex nagħtu servizzi tal-ogħla kwalità b’mod konsistenti;
  • Il-Professjonalità u l-Integrità – li naġixxu b’mod ġust u b’mod affidabbli waqt li nħaddnu prinċipji morali b’saħħithom u standards professjonali;
  • Il-Kollaborazzjoni – naħdmu flimkien ma’ professjonisti fi ħdan id-Dipartiment u anki ma’ dawk esterni;
  • L-Innovazzjoni – nużaw l-aħjar prattiċi sabiex niżguraw l-effiċjenza u r-rilevanza. Id-Dipartiment jistinka sabiex jagħti l-almu tiegħu f’kull kompitu.
  • Id-Diversità, l-Ekwità u l-Inklużjoni – ninvolvu l-esperjenzi, l-abilitajiet u l-perspettivi tal-impjegati u l-klijenti sabiex insawru l-prattiċi kurrenti u dawk futuri u nilqgħu l-isfida sabiex dawn ikomplu jitjiebu.

Dawn il-valuri jiggwidaw il-proċessi u s-servizzi kollha fi ħdan id-Dipartiment.

FacebookTwitter