MISSJONI

Id-Direttorat tar-Riċerka u l-Evalwazzjoni Interna tal-Iskejjel (RSIRD) jimpenja ruħu biex jissapportja kull inizjattiva tal-Ministeru li tkun intiża biex jissaħħaħ l-użu tal-politika u l-prassi bbażati fuq l-evidenza.

RSIRD jimmira wkoll sabiex il-kulleġġi u l-iskejjel jiżviluppaw il-kapaċità tagħhom biex isiru komunitajiet ta’ prattika riflessiva, bħala parti minn proċess soċjali li jfittex li jrawwem kultura ta’ tagħlim kollettiv, li permezz tiegħu l-membri tal-komunità jkunu jistgħu jaħsbu b’mod kritiku, jirriflettu fuq l-azzjonijiet tagħhom u jesploraw modi alternattivi ta’ kif jaħsbu u jaġixxu.

VIŻJONI

Id-Direttorat tar-Riċerka u l-Evalwazzjoni Interna tal-Iskejjel (RSIRD) jaspira li jassisti lid-dipartimenti, id-direttorati, l-istituzzjonijiet u l-entitajiet fi ħdan il-Ministeru billi jikkonsolida l-bażi ta’ għarfien tagħhom permezz ta’ riċerka ta’ kwalità għolja. RSIRD jaspira wkoll li jissapportja lill-kulleġġi u l-iskejjel fl-isforzi tagħhom biex itejbu r-riżultati u l-esperjenzi edukattivi tal-istudenti kollha fil-kuntest tal-politiki tal-kurrikulu u leġislazzjoni nazzjonali.

VALURI

Aħna nemmnu fit-twettiq ta’ riċerka rigoruża, f’konformità ma’ prattiċi etiċi stabbiliti, waqt li nisħqu fuq il-ħtieġa li l-kulleġġi u l-iskejjel jipparteċipaw b’mod effettiv fil-proċess tal-evalwazzjoni interna.

Il-valuri li ġejjin huma l-bażi tal-ħidma tagħna:

    • Integrità u trasparenza
    • Professjonalità u eċċellenza
    • Puntwalità
    • Kreattività, innovazzjoni u adattabilità
    • Kollaborazzjoni, komunikazzjoni u ħidma f’tim
    • Inklussività u ħidma ffukata fuq l-istudent
FacebookTwitter