Scroll to top

Dikjarazzjoni tal-Missjoni:
L-għan tal-proċess edukattiv kontinwu tagħna mill-nursery sal-livell tas-settur sekondarju huwa li nippreparaw lil kull student biex jieħu postu bħala ċittadin attiv u responsabbli fid-dinja moderna. Noffru kurrikulu varjat ibbażat fuq ħiliet tat-tagħlim tas-seklu 21 li jistinkaw biex jagħmlu lill-istudenti tagħna reżiljenti, b’ħiliet ta’ ħsieb kreattiv u kritiku, responsabbli soċjalment, u b’għarfien kulturali, globali u ambjentali.

Il-kisbiet akkademiċi għoljin tal-iskola matul is-snin jirriflettu d-dedikazzjoni kontinwa tal-istaff u tal-istudenti, devozzjoni li ġabet riżultati gradwalment maż-żmien. Dan is-sens li wieħed dejjem jerġa’ jivvinta ruħu huwa dak li żamm lill-iskola minn ta’ quddiem fl-edukazzjoni ta’ kwalità. Bdejna bħala innovattivi u, filwaqt li baqgħet leali lejn il-valuri u l-etos tagħna, permezz ta’ riflessjoni u analiżi kostanti u konsistenti, adottajna l-aqwa prattiċi edukattivi u applikajnihom fil-kuntest tagħna. Hija din il-filosofija li ppermettiet lil San Anton tevolvi fl-istituzzjoni reputabbli li hija llum.

Prinċipal tal-Kulleġġ:
Ms Bernardette Stivala

Indirizz:
L-Imselliet, l/o MGR 2850, Zebbiegħ, Malta

Numru tal-Kuntatt:
21581907/8

Emajl:
[email protected]

Ara l-Iskejjel

edukazzjoni
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.