Introduzzjoni
Aħna nqisu l-benesserri tal-edukatur bħala stat fejn l-edukatur jesperjenza sodisfazzjoni fil-ħajja u fix-xogħol, iħpss sens ta’ appartenenza fil-komunità tal-iskola tiegħu, iħoss li jiffjorixxi fl-aspetti kollha tal-ħajja u tax-xogħol, jiżgura l-kura tiegħu nnifsu u jesperjenza saħħa mentali pożittiva li jġib sens ta’ skop u sjieda fl-irwol tiegħu bħala edukatur.
Id-Dikjarazzjoni tal-Missjoni tagħna
Il-Missjoni tagħna hija li ngħollu l-benessri tal-edukaturi bħala l-pedament ta’ Sistema edukattiva b’saħħitha. Aħna ddedikati biex inrawmu approċċ ħolistika għall-benessri li tinkludi d-dimensjonijiet kollha tar-Rota tal-Benessri. Permezz ta’ impenji innovattivi u inizjattivi ta’ outreach, sistemi ta’ appoġġ komprensivi, u opportunitajiet ta’ żvilupp personali u professjonali transformattivi, aħna nagħtu s-setgħa lill-edukaturi biex jiksbu sodisfazzjoni fil-ħajja u fix-xogħol, jikkultivaw sens t’appartenenza fil-komunitajiet tal-iskejjel tagħhom u jiffjorixxu fl-aspetti kollha tal-ħajja u tax-xogħol. L-impenn tagħna għal riċerka kontinwa u prattiki bbażati fuq l-evidenza jiżgura li l-inizjattivi tagħna jibqgħu fuq quddiem nett tal-benessri tal-edukaturi. Billi nipprijoritizzaw il-kura personali, nippromwovu s-saħħa mentali pożittiva, u nrawmu sens ta’ skop u sjieda fost l-edukaturi, aħna nimmiraw li noħolqu effett immewweġ (ripple effect) li jtejjeb l-esperjenza edukattiva kollha kemm għall-edukaturi kif ukoll għall-istudenti.
Il-Viżjoni tagħna għal-Benessri tal-Edukaturi tinkludi
- Kultura ta’ benesseri integrata f’kull aspett tas-sistema edukattiva.
- Edukaturi li huma msaħħa, reżiljenti, u sodisfatti kemm fil-ħajja personali kif ukol professjonali tagħhom.
- Komunitajiet fl-Iskejjel li jappoġġjaw b’mod attiv u jagħtu prijorità lill-benesseri tal-edukaturi.
- Titjib kontiwu fil-prattiki tat-tagħlim u r-riżultati tal-istudenti minħabba l-benesseri mtejba tal-edukaturi.
- Rikononxximent tal-benessri tal-edukaturi bħala fattur kritiku biex jattira u jżomm l-aqwa talent fil-qasam.
- Netwerk ta’ appoġġ komprensiv li jindirizza t-tmien oqsma kollha tar-Rota tal-Benessri għall-edukaturi.
- Riċerka innovattiva li tmexxi l-iżvilupp ta’ inizjattivi ta’ benessri.
- Programmi ta’ benessri personalizzati għall-eduakturi, appoġġjati minn riżorsi u programmi mfassla apposta.
- Impenn qawwi ta’ tmexxija għall-benessri tal-edukaturi fil-livelli kollha tas-sistema edukattiva.
- Impatt pożittiv li jista’ jitkejjel fuq il-benessri ġenerali u l-vitalità tal-istituzzjonijiet edukattivi u l-komunità usa’.
Links relatati (Ingliż)
Report on the Educator Wellbeing and Job Satisfaction Survey for Scholastic Year 2023 – 2024
Report on the Outreach/Engagement Programme for Scholastic Year 2023 – 2024
Educator Wellbeing Webpage Contact Form
Educator Wellbeing Annual Report 2024
Report on Outreach & Engagement Programme School Year 2024/25 Term 1
Follow-Up Meeting Outreach & Engagement Programme School Year 2024/25 Term 1