Ħarsa Ġenerali

Is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni (MEYR) qed jilqa’ l-applikazzjonijiet għall-iskema biex jippromwovi proġetti ta’ innovazzjoni fis-soċjetà Maltija.

L-għan ta’ din l-iskema huwa li jgħin finanzjarjament Organizzazzjonijiet mhux Governattivi (NGOs) u Organizzazzjonijiet Volontarji (VOs) iwettqu proġetti relatati ma’ innovazzjoni fil-komunità. Proposti li huma relatati ma’ STEM li jgħinu lill-komunità se jingħataw prijorità.

X’Tikseb?

Il-grant se jkopri 80% tal-ispejjeż tal-proġett (sa massimu ta’ €8,000 għal kull proġett).

L-ispejjeż eliġibbli jistgħu jinkludu:

  • Spejjeż tal-materjali
  • Spejjeż tal-apparat u l-għodda
  • Spejjeż għall-akkwist ta’ servizzi tekniċi u amministrattivi
  • Spejjeż għall-HR meħtieġ fl-akkwist ta’ għarfien ġdid, ħiliet, kompetenzi u proċessi innovattivi oħra
  • Spejjeż għall-akkwist ta’ materjal edukattiv u tat-tagħlim
  • Spejjeż għas-safar barra minn Malta, sa 25% tas-somma totali mogħtija

Eliġibbiltà

  • Organizzazzjonijiet Volontarji rreġistrati
  • Organizzazzjonijiet Non-Governattivi rreġistrati

Kif Tapplika?

Imla l-Formola tal-Applikazzjoni u ibgħatha permezz permezz ta’ email lil [email protected]

Il-Linji Gwida u r-Regolamenti tal-formola jistgħu jiġu aċċessati hawn.

edukazzjoni
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.