Warrant Temporanju għall-Għalliema

Kopja PDF ta’ dawn id-dokumenti hija neċessarja sabiex tissottometti l-applikazzjoni għall-Warrant Temporanju għall-Għalliema.

  • Kwalifiki

Applowdja ċertifikati li huma vverifikati mill-Kap tal-Iskola. Dikjarazzjoni ta’ komparabbilità maħruġa mill-MFHEA għandha tiġi applowdjata flimkien mas-Suppliment tad-Diploma tal-Europass jekk il-kwalifika mhix maħruġa minn istituzzjoni Maltija (livell 5 jew aktar). Il-kwalifiki elenkati mhux appoġġjati minn kopji ċċertifikati mhux se jkunu kkunsidrati.

  • Konferma tal-Impjieg

Skejjel tal-Istat: Kopja diġitali tad-Deployment Notification Form (DNF). Din il-formola tintbagħat lill-għalliema mid-Dipartiment tar-Riżorsi Edukattivi.

Skejjel tal-Knisja u Indipendenti: Agħfas hawn biex tniżżel il-Formola tad-Dikjarazzjoni. Kopja diġitali ta’ din il-formola iffirmata mill-Kap tal-Iskola għandha tiġi mehmuża mal-applikazzjoni.

  • Tiftix tar-Rekords tal-Pulizija (Fedina Penali)

Kopja tal-irċevuta mgħotija mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija tal-Applikazzjoni tal-Fedina Penali

Applikanti li m’ilhomx residenti Malta għal dawn l-aħħar għaxar (10) snin, huma mitluba jagħtu lill-Kunsill Tiftix tar-Rekords tal-Pulizija mill-pajjiż fejn kienu qed jgħixu.


Applikazzjoni bil-Malti​​

Application in English