I Choose 2021: Nagħżel il-Karriera Tiegħi:

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni għal darb’oħra qed jorganizza l-attivita’ ‘I Choose’ għall-istudenti kollha tal-11 il-sena. Din ser tkun opportunita’ oħra fejn l-istudenti jistgħu jesploraw karrieri diversi u opportunitajiet ta’ studju hekk kif spiċċaw l-iskola obbligatorja. Din is-sena, minħabba s-sitwazzjoni kurrenti, l-‘I Choose – Nagħżel il-Karriera Tiegħi’, ser tinkludi dawn l-inizzjattivi:

  • TAĦDIDIET IRREKORDJATI minn professjonisti ġejjin minn diversi oqsma ta’ xogħol u setturi edukattivi biex ngħinu l-istudenti jiddeċiedu dwar     il-futur tagħhom. Dawn it-taħdidied ser jitellgħu fuq is-sit: https://education.gov.mt/i-choose/
  • TAĦDIDIET GWIDA GĦALL-KARRIERI B’MOD INDIVIDWALI ONLAJN ma’ professjonisti tal-karrieri biex nagħtu opportunita’ lill-istudenti jiddiskutu diffikultajiet u dubji relatati mal-futur tagħhom u b’hekk ngħinuhom jagħmlu għażla infurmata. Din il-gwida onlajn ser issir nhar il-ĠIMGĦA 20 ta’ Awissu bejn 4-8pm u s-SIBT 21 ta’ Awissu bejn id-9 – 1 pm. Appuntamenti jsiru billi wieħed ċempel fuq in-numru 2598 3488 jew billi tintbgħat emejl fuq [email protected].

ktar informazzjoni tinstab fuq is-sit: https://education.gov.mt/i-choose/.

MEDE iChoose 2021
MEDE IChoose 2021
edukazzjoni
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.