It-Tluq Bikri mill-Edukazzjoni u t-Taħriġ (ELET) jinkludi dawk kollha li għandhom bejn it-18 u 24 sena, u leħqu biss il- livel ta’ ISCED 2 jew inqas Din l-istrateġija ġiet żviluppata mit-Taqsima għat-Tluq Bikri mill-Edukazzjoni u t-Taħriġ (ELETU) fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (MEYR) f’27 ta Lulju 2023. Iż-żewġ għanijiet ġenerali tal-istrateġija jorbtu direttament mal-għan ta’ żvilupp strateġiku 4 (SDG4): ‘Tiġi żgurata edukazzjoni ta’ kwalita inklużiva u ekwa u jiġu promossi opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja għal kullħadd’. 

Dawn huma:

  • L-Iżvillup ta’ Sistema ta’ Twissija Bikrija (EWS) għall-monitoraġġ u l-immirar ta’ indikaturi tar-riskju tal-ELET,
  • It-trawwim ta’ approċċ ta’ skola sħiħa (“Whole School Approach – WSA”) biex jiġi indirizzat l-ELET

Dawn l-objettivi huma wkoll konformi mar-riċerka nazzjonali, politiki, strateġiji, u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill Ewropew li jindirizzaw direttament il-perkorsi fil-mira ELET ET2030 għas-suċċess fl-iskejjel.

L-azzjonijiet strateġiċi li jippromwovu l-approċċ ta’ skola sħiħa huma bbażati fuq tliet pilastri, jiġifieri l-prevenzjoni, l-intervent u l-kumpens. Din l-istrateġija ssemmi ħmistax-il azzjoni strateġika, ħamsa għal kull pilastru fil-qasam tas-snin bikrin, skola obligatorja u dik ta’ wara. Fifteen strategic measures were developed to enhance opportunities for students in the early years, compulsory education and post compulsory education.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok agħfas hawn u hawn.