Scroll to top
Iskejjel Primarji ta’ Għawdex
 
Anton Cassar Skola Primarja Għajnsielem
 
Dikjarazzjoni tal-missjoni:
Aħna, immexxxija minn valuri Etiċi u Kristjani, naħdmu biex niżguraw li l-istudenti kollha jilħqu l-potenzjal u l-aspirazzjonijiet tagħhom filwaqt li nippreparawhom għall-ħajja.
 
Triq J. F. De Chambray,
Ghajnsielem
GSM 1051
Telefon : 2598 8448 / 2598 8449
Email : [email protected]
Kap tal-Iskola : Ms Monica Tabone

Assistent Kap: Ms Linda Buttigieg, is-Sur Joseph Refalo

Karmni Grima Skola Primarja tal-Għarb

Dikjarazzjoni tal-missjoni:

Fl-Iskola Primarja tal-Għarb, il-missjoni tagħna hija li nikkultivaw komunità ta’ tagħlim vibranti u ta’ appoġġ fejn kull student huwa apprezzat u mogħti s-setgħa biex jirnexxi. Aħna ddedikati biex nippromwovu żvilupp ħolistiku, b’għarfien li kull tifel u tifla huwa uniku u jitgħallem b’modi differenti.  Nemnu fil-ħolqien ta’ ambjent ta’ fiduċja u kura fejn id-differenzi individwali jiġu onorati u ċċelebrati. Relazzjonijiet pożittivi huma fil-qalba tas-suċċess tal-iskola tagħna, u nagħtu prijorità lill-bini ta’ rabtiet sodi bejn l-istudenti, l-istaff u l-familji. Permezz ta’ dawn ir-relazzjonijiet u billi nipprovdu esperjenza ta’ tagħlim rikka u varjata, bl-għan li nispiraw lill-istudenti tagħna biex isiru individwi kunfidenti, reżiljenti u ta’ suċċess


Triq il-Viżitazzjoni,
Gharb
GRB 1042
Telefon: 25988479
Email: [email protected]
Kap tal-Iskola: Ms Marthese Attard

Assistent Kap: Ms Marion Vella Muscat

Peter Paul Grech Skola Primarja ta’ Kercem

Dikjarazzjoni tal-missjoni:

Il-missjoni tagħna hija li noħolqu ambjent li juri kura u kreattività fejn kull tifel u tifla jingħataw il-possibbiltà li jikbru b’mod olistiku. Aħna impenjati li nipprovdu edukazzjoni bilanċjata kemm fil-klassi kif ukoll barra, billi nrawmu l-iżvilupp intellettwali, emozzjonali, fiżiku u soċjali ta’ kull tifel u tifla. Permezz ta’ dan l-approċċ, niżguraw li kull tifel u tifla jħossuhom appoġġjati, ispirati u mħeġġa hekk kif jibdew il-vjaġġ tagħhom ta’ tagħlim, skoperta personali u tkabbir personali.

Pjazza Orvieto,
Kercem
KCM 1360
Telefon: 25988509
Email: [email protected]
Kap tal-Iskola: Vakanti

Assistent Kap: Ms Michela Buhagiar 

Dun Salv Vella Skola Primarja tan-Nadur

Dikjarazzjoni tal-missjoni:

Aħna impenjati li noħolqu ambjent edukattiv sigur u inklużiv fejn kull student jingħata l-opportunità jiżviluppa akkademikament, soċjalment, emozzjonalment u moralment. Permezz ta’ kollaborazzjoni mal-familji u l-komunità, nippromwovu kreattività, rispett u mħabba kontinwa għat-tagħlim.

Triq il-Korsa,
Nadur
NDR 9013
Telefon: 25988530 / 25988541 / 25988539

Email: [email protected]
Kap tal-Iskola: Mr Daniel James Cassar

Assistent Kap: Mr Mark Saliba, Ms Lara Vassallo

Anton Buttigieg Skola Primarja tal-Qala

Dikjarazzjoni tal-missjoni:

  • Il-Missjoni tal-Iskola tagħna hija li:
  • Nipprovdu edukazzjoni sinifikanti li tippermetti lill-istudenti tagħna jiżviluppaw il-ħiliet, ir-raġunament u l-għarfien tagħhom, li jwasslu għal edukazzjoni olistika u diversifikata ta’ tagħlim tul il-ħajja.
  • Insegwu mill-viċin il-progress ta’ kull tifel u tifla, kemm b’mos edukattiv, kif ukoll b’mod soċjali, u nipprovdulhom l-appoġġ u s-servizzi meħtieġa li jista’ jkollhom bżonn.
  • Nappoġġjaw lill-istudenti u lill-persunal permezz tas-servizzi disponibbli u d-direzzjoni tal-SLT (Tim tat-Tmexxija tal-Iskola), u b’hekk nipprovdu ambjent inklużiv, sigur u ta’ kura, li jiffaċilita u jwassal għat-tagħlim.
  • Inrawmu valuri bħad-dixxiplina, ir-responsabbiltà u r-rispett lejn l-oħrajn kollha.
  • Naħdmu fi sħubija mal-ġenituri billi nżommuhom infurmati, kif ukoll involuti, fl-edukazzjoni ta’ uliedhom biex ikun hemm kontinwità bejn id-dar u l-iskola.

Triq l-Isqof Michael Buttigieg,
Qala
QLA 1040
Telefon: 25988560
Email: [email protected]
Kap tal-Iskola: Ms Maria Grima

Assistent Kap: Ms Julie Farrugia

Dun Salv Portelli Skola Primarja San Lawrenz

Dikjarazzjoni tal-missjoni:

Bħala komunità skolastika, niċċelebraw l-uniċità ta’ kull individwu u l-esperjenzi li jġib miegħu fl-iskola. Billi nħaddnu d-diversità nemmnu li dan iwassal għal eċċellenza skolistika. Aħna impenjati li nħaddnu perspettiva globali u multikulturali li tirrifletti realtà diversa, kumplessa u multikulturali lil hinn mill-ħitan tal-iskola. Flimkien mall-Kulleġġ t’Għawdex nemmnu li l-ġustizzja soċjali, l-ugwaljanza, id-diversità u l-inklużjoni jiffurmaw il-pedament ta’ dan il-vjaġġ li qed jevolvi, li jwassal għat-trasformazzjoni ta’ ċittadini globali responsabbli.

22A, Triq il-Madonna tad-Duluri,
San Lawrenz
SLZ 1261
Telefon: 25988591
Email: [email protected]
Kap tal-Iskola: Mr Michael Refalo
Assistent Kap: Ms Miriam Galea

Guze’ Aquilina Sannat Primary School & Special Unit

Dikjarazzjoni tal-missjoni:

Aħna nimmiraw li nappoġġjaw lill-istudenti kollha bi ħtiġijiet differenti biex inwettqu l-abbiltajiet tagħhom permezz tal-Edukazzjoni 

Triq Sannat,
Sannat
SNT 9020
Telefon: 25988620 – 9
Email: [email protected]
Kap tal-Iskola: Ms Mary Jane Camilleri

Assistent Kap: Ms Victoria Cassar, Ms Joanne Ghirxi, Mr Phillip Joseph Cachia, Mr Silvio Grima, Ms Lorna Camilleri

Sir Arturo Refalo Skola Primarja Victoria

Dikjarazzjoni tal-missjoni:

L-Iskola ferriħija tipprovdi edukazzjoni ħolistika lill-istudenti kollha. L-ogħla prijorità tagħna hija l-benesseri tal-istudenti tagħna. Aħna ma nkejlux is-suċċess tagħna bir-riżultati tal-eżamijiet. Il-ferħ u l-kuntentizza huma l-fattur ewlieni.

Triq Duminku Mintoff, 
Victoria 
VCT 1313
Telefon: 25988650 – 9
Email: [email protected]
Kap tal-Iskola: Is-Sur Lelio Spiteri

Assistent Kap: Ms Nadine Grech, Ms Josette Sultana, Ms Helga Vella, Ms Mary Jude Camilleri

Patri Matthew Sultana Primarja tax-Xagħra

Dikjarazzjoni tal-missjoni:

Ilkoll qed naħdmu biex noħolqu ambjent ta’ appoġġ u ta’ mħabba li fih nistgħu nikkollaboraw u nippromwovu edukazzjoni kompletament integrata tal-ogħla kwalità għall-benefiċċju tal-komunità kollha tal-iskola. 

132, Triq il-Korsa, Xaghra
XRA 2013
Telefon: 25988680 – 9
Email: [email protected]
Kap tal-Iskola: Mr Joseph Debrincat

Assistent Kap: Ms Ruth Cilia, Mr Mario Debono, Ms Diane Angie Portelli Galea

Roza Magro Skola Primarja tax-Xewkija

Dikjarazzjoni tal-missjoni:

F’Kulleġġ ta’ Rosa Magro fix-Xewkija, naħdmu biex noħolqu ambjent li jrawwem u jinkludi lil kulħadd, fejn kull student/a jħossu apprezzat u jsib ispirazzjoni biex jiżviluppa mħabba għat-tagħlim tul ħajtu. Permezz tal-empatija, ir-rispett u edukazzjoni personalizzata, ngħinu lill-istudenti kollha jirnexxu u jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom.

Triq il-Ħamrija,
Xewkija
XWK 9034
Telefon: 25988719
Email: [email protected]
Kap tal-Iskola: Ms Sandra Casarini

Assistent Kap: Ms Miriam Grima, Ms Christabel Attard, Ms Jennifer Peresso 

Mons Giovanni Andrea Vella Skola Primarja Ħaż-Żebbuġ

Dikjarazzjoni tal-missjoni:

L-għan tagħna huwa li nrawwmu studenti awtonomi sabiex jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom billi noħolqu komunità inklussiva u li tilqa’ lil kulħadd. Filwaqt li nemmnu f’tagħlim milħuq minn kulħadd u ffukat fuq l-istudent, inħabirku biex nikkultivaw it-tagħlim tul il-ħajja kollha. Dan kollu jseħħ permezz ta’ tagħlim interkurrikulari, b’esperjenzi prattiċi, ispirat minn sens ta’ kollaborazzjoni u li jindirizza d-differenzi ta’ bejn l-istudenti filwaqt li jagħmel użu effettiv mit-teknoloġija. B’hekk noħolqu ambjent ta’ tagħlim interattiv li jissapportja l-iżvilupp tal-istudenti kollha. Naħdmu mill-qrib mal-familji u mal-komunità sabiex insaħħu l-iżvilupp akkademiku, soċjali u emozzjonali tal-istudenti. Nimpenjaw irwieħna li niżviluppaw kultura ta’ reżiljenza, empatija, responsabbiltà u rispett reċiproku. Inħaddnu perspettivi diversi u nagħtu prijorità lill-benesseri tal-persuna waqt li nħejju lill-istudenti sabiex jikkontribwixxu b’mod pożittiv fil-komunitajiet lokali u globali.

Gozo College, Mons. Giovanni Andrea Vella Żebbuġ Primary School,
Triq iċ-Ċnus, 
iż-Żebbug, Gozo, Malta 
ŻBB 1025
Telefon: 25988740
Email: [email protected]
Kap tal-Iskola: Mr Saviour Tabone

Assistent Kap: Ms Maria Vella
 

Ninu Cremona Skola Sekondarja

Dikjarazzjoni tal-missjoni:

  •  Li tipprovdi edukazzjoni ħolistika b’għanijiet u aspettattivi għoljin għall-istudenti kollha u li tgħinhom jiżviluppaw il-potenzjal sħiħ tagħhom.
  • Li tħejji lill-istudenti biex jipparteċipaw b’mod attiv u b’suċċess bħala ċittadini produttivi u responsabbli.
  • Li toħloq ambjent fejn l-istudenti kollha jħossuhom kunfidenti u kompetenti biex jilqgħu l-isfidi f’soċjetà teknoloġika.
  • Li tiżviluppa rispett, integrità, kompassjoni, u responsabbiltà f’kull student, fejn kull individwu huwa apprezzat u fejn il-kura u r-rispett lejn l-oħrajn huma ċentrali għall-ħidma tagħna.

Gozo College Ninu Cremona Secondary School,
Europa Street,
Victoria, Gozo 
VCT 2731
Numru tat- Telefon: 25988950
Email: [email protected]
Kap tal-Iskola: Ms Tereza Camilleri

Assistent Kap: Ms Josienne Abela, Ms Linda Attard, Ms Maria Buttigieg, Mr Joseph Vella, Mr Neville Vella, Ms Anabel Mercieca

Kan G P Agius DE Soldanis Middle School

Dikjarazzjoni tal-missjoni:

F’kollaborazzjoni mal-ġenituri u mal-komunità, għandna l-għan li nedukaw lill-istudenti tagħna biex jiżviluppaw bħala ċittadini infurmati, mgħammra bil-ħiliet u l-għarfien meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jieħdu posthom fid-dinja tax-xogħol u bħala persuni responsabbli fis-soċjetà. Barra mill-Kurrikulu Nazzjonali Minimu u t-talbiet akkademiċi, nimmiraw li nippromwovu valuri tajbin bħas-servizz lejn l-oħrajn, it-tolleranza u l-maħfra. Għandna wkoll l-għan li niżviluppaw fl-istudenti tagħna sens ta’ awtonomija u responsabbiltà personali.

Triq Duminku Mintoff,
Victoria, 
Gozo 
VCT 2591
Numru tat- Telefon: 25988900
Email: [email protected]
Kap tal-Iskola: Ms Claire Debono

Assistent Kap: is-Sur Pierre Camilleri, is-Sinjura Amanda Caruana, is-Sinjura Marisa Ciappara, is-Sinjura Marisa Cauchi, is-Sinjura Pauline Vella
 
Gozo Sixth Form
 
Dikjarazzjoni tal-missjoni:
 
Sir M. A. Refalo Sixth Form għandha l-għan li tkun pass ieħor fil-mixja edukattiva tal-istudenti tagħna. Naspiraw li nsaħħu lill-istudenti tagħna b’ħiliet u valuri essenzjali li jippermettulhom isiru ċittadini responsabbli, edukati u awtonomi.
 
Sir M.A. Refalo Sixth Form,
Fortunato Mizzi Street,
Victoria, Gozo, Malta
Numru tat- Telefon: 25983950
Kap tal-Iskola: Frankline Zammit Galea
Assistent Kap: Joany Mizzi, Maureen Muscat, Miriam Debono Curmi, Abigail Camilleri 
edukazzjoni

Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.