MISSJONI

Id-Direttorat tal-Finanzi huwa magħmul minn: Accounts, Procurement, u Inventarju
Id-Direttorat jipprovdi immaniġġjar finanzjarju trasparenti, effiċjenti u sostenibbli li tappoġġja s-settur edukattiv billi tiżgura amministrazzjoni responsabbli tar-riżorsi, tippromwovi l-litteriżmu finanzjarju, u tippermetti investiment strateġiku fit-tagħlim u l-iżvilupp.

Id-Direttorat tal-Finanzi jopera skont il-CAP 601 Public Finance Management Act, S.L. 601.01 Regolamenti Finanzjarji Ġenerali u r-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku S.L. 601.03. Id-Direttorat huwa impenjat li jżomm proċessi ta’ immaniġġjar tal-assi preċiżi, effiċjenti u trasparenti, jiżgura responsabbiltà finanzjarja u lokalizzazzjoni xierqa tar-riżorsi, flimkien mal-implimentazzjoni ta’ proċeduri operattivi prattiċi fil-kontroll tal-inventarju u r-rappurtaġġ.

VIŻJONI

Li tkun direttorat finanzjarju fdat fl-edukazzjoni, li trawwem kultura ta’ responsabbiltà fiskali, innovazzjoni, u eċċellenza sabiex tagħti s-setgħa lill-istituzzjonijiet, lill-edukaturi u lill-istudenti jiksbu l-ogħla potenzjal tagħhom.

Id-Direttorat għandu l-għan li jiżviluppa sistema ta’ akkwist pubbliku fi ħdan il-Ministeru, li tkun effiċjenti, trasparenti u inklużiva, li tiżgura l-aħjar użu tar-riżorsi pubbliċi biex tippromwovi l-innovazzjoni, is-sostenibbiltà, u l-iżvilupp soċjoekonomiku filwaqt li jinżammu l-ogħla standards ta’ responsabbiltà u integrità.

VALURI

    • Integrità, etika’ u empatija
    • Kontabilita’, Trasparenza u effiċjenza
    • Innovazzjoni u kreattività’
    • Kollaborazzjoni u emozzjoni intelliġenti
    • Ekwità u Inklużjoni
    • Eċċellenza fl-accounts, xiri u inventarju
    • Trattament ugwali u ġust.
    • Mingħajr diskriminazzjoni u komunikazzjoni ċara
    • Proporzjonalità fid-diversita’ iżda wkoll iffukati b’mod strateġiku
    • Valur għall-Flus
    • Eżemplari bħala uffiċjal pubbliku
FacebookTwitter