MISSJONI
Il-missjoni tagħna hi li jkollna edukazzjoni ta’ kwalità fl-iskejjel ta’ pajjiżna billi niżguraw li l-iskejjel kollha jkollhom l-edukaturi meħtieġa.
Aħna impenjati li nippromwovu s-Saħħa u s-Sigurtà, noffru programmi ta’ induzzjoni għall-għalliema l-ġodda u nassistu għalliema supplimentari. Permezz ta’ kollaborazzjoni mal-iskejjel, naħdmu biex nissapportjaw lill-edukaturi u lill-SLT fl-iskejjel filwaqt li niżguraw li kull student u edukatur qegħdin f’ambjent sikur.
VIŻJONI
Biex inkunu forza ewlenijia f’ekosistema edukattiva dinamika u inklużżiva, fejn l-iskejjel kollha jkollhom ir-riżorsi, l-appoġġ, u l-iżvilupp professjonali meħtieġ. Aħna nimpenjaw ruħna biex nistabbilixxu struttura fejn nassistu lill-iskejjel fejn jidħlu riżorsi umani u għajnuna lill-għalliema l-ġodda.
VALURI
Fid-Direttorat tar-Riżorsi Edukattivi nimpenjaw ruħna biex niżguraw li noffru servizz tajjeb lill-klijenti tagħna li huma l-iskejjel u l-għalliema. Nemmnu fil-qawwa tal-kollaborazzjoni, naħdmu flimkien mal-edukaturi, mexxejja tal-iskejjel, u mal-komunità sabiex naslu għal għanijiet komuni.
L-integrità hija fil-qalba tal-ħidma tagħna, fejn nieħdu deċiżjonijiet biex inżommu l-persuna fiċ-ċentru. L-impenn tagħna għall-inklużjoni jiżgura li kull student jingħata s-sapport li għandu bżonn biex ikun l-aħjar li jista’.