ATT DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-INFORMATUR

F’Settembru 2013, il-gvern Malti implimenta l-Att dwar il-Protezzjoni ta’ Informatur, 2013: att li jipprovdi għal proċeduri li jipproteġu lill-individwi li jirrapportaw prattiċi mhux xierqa u għemil ħażin fuq il-post tax-xogħol, kemm fis-settur privat u anke fl-amministrazzjoni pubblika.

Id-Direttiva – (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 t’Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni – ġiet addottata fit-23 t’Ottubru 2019 u daħlet fis-seħħ fis-16 ta’ Diċembru 2019. Din wasslet għal emenda tal-Att dwar il-Protezzjoni ta’ Informatur (Kap. 527 tal-Liġijiet ta’ Malta) li daħlet fis-seħħ f’Diċembru tal-2021.

Kull min jixtieq iqajjem allarm fuq att ta’ korruzzjoni jew illegalitajiet jista’ jagħmel dan b’mod sigur permezz tal-Att dwar il-Protezzjoni ta’ Informatur. Liġi li twassal ukoll għal bidla fil-mentalità. Permezz tal-implimentazzjoni ta’ din il-leġislazzjoni, iċ-ċittadini jingħataw id-dritt li jirrapportaw abbużi, bl-għarfien li huma protetti bil-liġi.

Rappurtar Intern:

Persuni li jirrapportaw jistgħu jirrapportaw għemil ħażin lil uffiċjali interni fejn r-rapport tagħhom jittieħed għal aktar investigazzjoni filwaqt li jżommu l-identità tal-persuna li qed tirrapporta b’kunfidenzjalità stretta. Il-persuni li jirrapportaw se jibqgħu anonimi u allura se jkunu protetti minn ritaljazzjoni fuq il-post tax-xogħol.

Rappurtar Estern

Jekk l-ebda sistema interna mhi disponibbli, jew ir-rapport mhuwiex investigat b’mod effiċjenti, il-persuna li tirrapporta tista’ tirrapporta b’mod estern lil waħda mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-liġi. Dawn jinkludu: il-Kummissarju tat-Taxxi (CfR), il-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU), l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA), il-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (CVO), il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni (PCAC) u l-Ombudsman.

Għal impjegati tas-Settur Pubbliku, Uffiċjal estern li jirrapporta dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta ġie appuntat fi ħdan l-Uffiċċju tal-Kabinett.

Għal impjegati tas-Settur Pubbliku, Uffiċjal estern li jirrapporta dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta ġie appuntat fi ħdan l-Uffiċċju tal-Kabinett. F’kull Ministeru tal-Gvern ġie appuntat uffiċjal li jirrapporta dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta. Dan l-uffiċjal jircievi r-rapporti dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni interni u jindirizza dawn ir-rapporti b’mod xieraq.

Id-dettalji tal-uffiċjal fi ħdan l-Uffiċju tal-Prim Ministru huma dawn:

L-Uffiċjal li jirrapporta dwar l-iżvelar tal-informazzjoni protetta: Jane Caruana
Numru tal-Kuntatt: 25981305
Indirizz Elettroniku: whistleblower.meyr@gov.mt

L-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni 2024-2030 hija pjan komprensiv żviluppat bħala parti mill-proċess ta’ trasformazzjoni fi ħdan is-sistema edukattiva lokali. B’viżjoni li tipprovdi edukazzjoni ta’ kwalità għal kulħadd, permezz ta’ approċċ iffukat fuq il-persuna, l-istrateġija għandha l-għan li tindirizza l-isfidi fis-sistema kurrenti u tiżgura li l-istudenti kollha jkollhom aċċess għal edukazzjoni ġusta u inklużiva.

L-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni 2024-2030 hija pass kruċjali sabiex nibnu soċjetà msejsa fuq l-abbiltajiet, li tħejji tal-istudenti għall-isfidi tal-futur. Hija tistabbilixxi miri ċari, permezz ta’ 36 miżura u 120 inizjattiva, li kollha jikkontribwixxu għall-iżvilupp ġenerali ta’ kull persuna u l-progress tan-nazzjon. Din l-istrateġija hija mibnija fuq tliet pilastri ewlenin: il-Benesseri, it-Tkabbir u l-Emanċipazzjoni, u l-Ekwità u l-Inklużjoni.  Dawn it-tliet pilastri ġew maqbula mal-imsieħba interni u esterni, li ġew ikkonsultati f’aktar minn 200 laqgħa matul il-fażi ta’ prikonsultazzjoni.  

Din l-istrateġija għandha orjentazzjoni strateġika definita, li tiddetermina il-prijoritajiet u l-oġġettivi relatati, li kollha huma marbuta ma’ ħtiġijiet attwali.  Barra minn hekk, l-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni 2024-2030 hija karatterizzata minn tbassir strateġiku li jimmira lejn l-esiġenzi tas-sena 2050. Hija għandha l-għan li tħejji lill-istudenti biex ikunu reżiljenti u b’saħħithom emozzjonalment, li jibqgħu jitgħallmu tul il-ħajja billi tagħtihom ħiliet essenzjali fosthom il-green skills, ħiliet diġitali, u valuri relatati ma’ ċittadinanza globali u attiva.  Dan il-pjan ambizzjuż huwa konformi mal-għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 4 (SDG 4) tan-Nazzjonijiet Magħquda u mal-miri Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza (ESG).

L-edukaturi għandhom rwol ċentrali fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni 2024-2030. L-istrateġija għandha l-għan li tagħti l-appoġġ meħtieġ lill-edukaturi biex ikunu jistgħu jadattaw għad-diversi sfidi li qed jiffaċċjaw, fosthom id-demografija li qed tinbidel u anke studenti esposti fit-tul għal dinja online li mhux neċessarjament taqbel mal-obbligazzjoniijet tagħhom fid-dinja offline. L-edukaturi huma mudelli ewlenin li l-influwenza tagħhom tħalli impatt fuq it-tfal, l-adolexxenti u l-adulti żgħażagħ u d-dispożizzjoni ta’ dawn tal-aħħar għat-tagħlim tul il-ħajja.  

F’dan ir-rigward, il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka, u l-Innovazzjoni qed iniedi l-Konsultazzjoni Pubblika għall-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni 2024-2030 – Żvilupp ta’ Viżjoni għall-Futur bi Trasformazzjoni tal-Edukazzjoni.  Il-Ministeru jistieden lill-ġenituri, lill-edukaturi, lill-partijiet interessati interni u esterni, lil dawk li jfasslu l-politika u lill-pubbliku ġenerali biex jipparteċipaw fi djalogu nazzjonali. Il-Ministeru qed jistieden ukoll lill-istudenti biex jipparteċipaw ukoll, billi jaqraw il-verżjoni adatta għalihom fuq il link: https://empoweringchildren.gov.mt/documents-resources/

Ikklikkja hawn biex taċċessa l-link tal-istrateġija:  https://education.gov.mt/wp-content/uploads/2023/12/FINAL-MLT-NATIONAL-EDUCATION-    BOOKLET-DEC-2023.pdf

FacebookTwitter