GWIDA BI SPJEGAZZJONI PASS PASS DWAR KIF TNIŻŻEL L-APP TAL-BLOCKCERTS WALLET FUQ MOWBAJL JEW TABLET

L-App tal-Blockcerts Wallet tista’ titniżżel u tintuża biss fuq mowbajl jew tablet. L-App tal-Blockcerts Wallet tista’ titniżżel u tintuża biss fuq mowbajl jew tablet. Li tniżżel l-App tal-Blockcerts Wallet hija GĦAŻLA iżda huwa rakkomandat li wieħed iniżżel l-app sabiex ikun jista’ jissejvja ċ-Ċertifikati Diġitali kollha, bħaċ-Ċertifikati mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi (IPS), iċ-Ċertifikati tat-Tluq mill-Iskola, iċ-Ċertifikati tal-ICT C3 u Ċertifikati oħra maħruġa permezz ta’ Blockcerts f’post wieħed fuq il-mowbajl jew it-tablet.

L-1 PASS: Ir-ritratt tal-iskrin t’hawn taħt juri l-paġna ewlenija tal-mowbajl. Agħżel l-ikona tal-Play Store sabiex tniżżel l-Applikazzjoni tal-Blockcerts Wallet.
Blockcerts 1

It-2 PASS: Ir-ritratt tal-iskrin t’hawn taħt juri l-applikazzjoni tal-Play Store. Mur fuq Search for apps u ikteb Blockerts Wallet. Mur fuq Search for apps u ikteb Blockerts Wallet.

Blockcerts

It-3 PASS: Agħżel Blockcerts Wallet, agħfas fuq il-buttuna Install u stenna sakemm din tinżel fuq il-mowbajl/tablet.

Blockcerts

Ir-4 PASS: Meta tniżżel l-applikazzjoni fuq il-mowbajl/tablet, iftaħ l-applikazzjoni tal-Blockcerts Wallet. Ir-ritratt tal-iskrin t’hawn taħt juri l-paġna ewlenija tal-applikazzjoni. Agħżel il-buttuna New User (din tapplika għal dawk l-utenti li qed iniżżlu l-app għall-ewwel darba).

Blockcerts

Il-5 PASS: Wara li tagħfas New User, se tara l-iskrin li qed jidher hawn taħt bil-Passphrase tal-wallet tiegħek. Agħfas fuq il-buttuna Create Backup biex tkompli l-backup. Il-Passphrase tiġi ġġenerata awtomatikament.

Blockcerts

Is-6 PASS: Ir-ritratt tal-iskrin t’hawn taħt juri l-iskrin bil-Backup Methods. Il-Backup methods huma Manual Hard Copy, Save to Device u Copy to Email or Clipboard. Huwa rakkomandat li tal-anqas jintgħażlu żewġ għażliet. Huwa suġġerit li waħda mill-għażliet tkun Copy to Email or Clipboard. Dan ifisser li l-passphrase tintbagħat fuq email personali.

Blockcerts

Is-7 PASS: Wara li tagħżel iż-żewġ għażliet (Manual Hard Copy u Copy to Email or Clipboard) kif qed jidher hawn taħt, agħfas il-buttuna Done.

Blockcerts
It-8 PASS: L-aħħar ritratt tal-iskrin qed juri li l-applikazzjoni tal-Blockcerts Wallet lesta biex tibda tintuża.

NOTI IMPORTANTI: Tajjeb li tkun taf li meta tasal fil-parti li qed juri l-iskrin t’hawn taħt u tara “Ready!”, ifisser li l-app tkun ġiet ikkonfigurata b’suċċess.

Jekk attendejt xi kors jew programm bħal korsijiet organizzati mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi (IPS) u/jew spiċċajt il-Year 11 fi skola tal-gvern/mhux tal-gvern, jekk jogħġbok stenna email ieħor bil-fajl .json (ċertifikat) u aktar struzzjonijiet. Jekk fil-futur tattendi korsijiet jew programmi oħrajn, m’hemmx għalfejn terġa’ tniżżel l-App. Għaldaqstant, jekk jogħġbok, injora l-ewwel email li rċevejt u stenna sakemm tirċievi l-email fil-fajl .json (ċertifikat).
Blockcerts Wallet Ready

Mistoqsijiet Frekwenti (FAQs)

Jekk jogħġbok, sib il-Proċedura biex Timporta ċ-Ċertifikati SSC&P u/jew Traskrizzjonijiet hawn taħt:

Importazzjoni ta’ Ċertifikati
Biex terġa’ timporta l-kredenzjali taċ-ċertifikat fl-app tal-Blockcerts Wallet tiegħek, segwi l-istruzzjonijiet t’hawn taħt:

  1. Kun ċert li l-app tal-Blockcerts Wallet hija installata fuq l-apparat mobbli tiegħek;
  2. Mill-istess apparat mobbli fejn installajt l-app tal-Blockcerts Wallet, fittex l-email bis-suġġett “Your Digital Credential is ready”;
  3. F’din l-email hemm buttuna ħadra bl’isem “Import my Credential”;
  4. Ikklikkja fuq din il-buttuna u l-kredenzjal jiġi importat fl-app tal-Blockcerts Wallet.

Importazzjoni ta’ Traskrizzjonijiet
Biex terġa’ timporta l-kredenzjali tat-traskrizzjonijiet fl-app tal-Blockcerts Wallet tiegħek, segwi l-istruzzjonijiet t’hawn taħt:

  1. Kun ċert li l-app tal-Blockcerts Wallet hija installata fuq l-apparat mobbli tiegħek;
  2. Mill-istess apparat mobbli fejn installajt l-app tal-Blockcerts Wallet, fittex l-email bis-suġġett “Your Digital Transcript is ready”;
  3. Niżżel il-fajl mehmuż (.json) fl-apparat mobbli;
  4. Iftaħ l-app tal-Blockcerts Wallet fuq l-apparat mobbli;
  5. Agħfas fuq l-ikona tal-ger tas-Settings li tinsab fuq in-naħa ta’ fuq tal-lemin;
  6. Agħżel “Add Credential”;
  7. Agħżel “Import from File”;
  8. Imbagħad agħżel il-fajl mehmuż mill-apparat mobbli.

Għal aktar assistenza, ibgħat email lil [email protected].

FacebookTwitter
edukazzjoni
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.