L-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni 2024-2030 hija pjan komprensiv żviluppat bħala parti mill-proċess ta’ trasformazzjoni fi ħdan is-sistema edukattiva lokali. B’viżjoni li tipprovdi edukazzjoni ta’ kwalità għal kulħadd, permezz ta’ approċċ iffukat fuq il-persuna, l-istrateġija għandha l-għan li tindirizza l-isfidi fis-sistema kurrenti u tiżgura li l-istudenti kollha jkollhom aċċess għal edukazzjoni ġusta u inklużiva.

L-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni 2024-2030 hija pass kruċjali sabiex nibnu soċjetà msejsa fuq l-abbiltajiet, li tħejji tal-istudenti għall-isfidi tal-futur. Hija tistabbilixxi miri ċari, permezz ta’ 36 -il miżuri u 120 inizjattiva, li kollha jikkontribwixxu għall-iżvilupp ġenerali ta’ kull persuna u l-progress tan-nazzjon. Din l-istrateġija hija mibnija fuq tliet pilastri ewlenin: il-Benessri, it-Tkabbir u l-Emanċipazzjoni, u l-Ekwità u l-Inklużjoni. Dawn it-tliet pilastri ġew maqbula mal-imsieħba interni u esterni, li ġew ikkonsultati f’aktar minn mitejn -il laqgħa matul il-fażi bikrija ta’ konsultazzjoni.

Din l-istrateġija għandha orjentazzjoni strateġika definita, li tiddetermina il-prijoritajiet u l-oġġettivi relatati, li kollha huma marbuta ma’ ħtiġijiet attwali. Barra minn hekk, l-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni 2024-2030 hija karatterizzata minn tbassir strateġiku li jimmira lejn l-esiġenzi tas-sena 2050. Hija għandha l-għan li tħejji lill-istudenti biex ikunu reżiljenti u b’saħħithom emozzjonalment, li jibqgħu jitgħallmu tul il-ħajja billi tagħtihom ħiliet essenzjali fosthom il-green skills, ħiliet diġitali, u valuri relatati ma’ ċittadinanza globali u attiva. Dan il-pjan ambizzjuż huwa konformi mal-għanijiet tal-SDG 4 tal-Ġnus Magħquda u dawk marbuta mal-Environmetal – Social – Governance.

L-edukaturi għandhom rwol ċentrali fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni 2024-2030. L-istrateġija għandha l-għan li tagħti l-appoġġ meħtieġ lill-edukaturi biex ikunu jistgħu jadattaw għad-diversi sfidi li qed jiffaċċjaw, fosthom id-demografija li qed tinbidel u anke studenti esposti fit-tul għal dinja onlajn li mhux neċessarjament taqbel mal-obbligazzjoniijet tagħhom fid-dinja oflajn . L-edukaturi huma mudelli ewlenin li l-influwenza tagħhom tħalli impatt fuq it-tfal, l-adolexxenti u l-adulti żgħażagħ u d-dispożizzjoni ta’ dawn tal-aħħar għat-tagħlim tul il-ħajja.
F’dan ir-rigward, il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka, u Innovazzjoni qed iniedi l-Konsultazzjoni Pubblika għall-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni 2024-2030 – Żvilupp ta’ Viżjoni tal-Futur bi Trasformazzjoni tal-Edukazzjoni. Il-Ministeru jistieden lill-ġenituri, lill-edukaturi, lill-partijiet interessati interni u esterni, lil dawk li jfasslu l-politika u lill-pubbliku ġenerali biex jipparteċipaw fi djalogu nazzjonali.

Ikklikkja biex taċċessa l-link tal-istrateġija: https://edukazzjoni.gov.mt/wp-content/uploads/2024/05/NATIONAL-EDUCATION-BOOKLET-MLT-version.pdf

FacebookTwitter
edukazzjoni
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.