Leave bi Ħlas dwar Studju – (Kategorija A) – Sejħa għall-Applikazzjoni għas-Sena Skolastika 2025/2026
Estensjoni tad-data tal-għeluq
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jgħarraf illi ser jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għall-Leave bi Ħlas dwar Studju – (Kategorija A) għas-Sena Skolastika 2025-2026
Id-data u l-ħin tal-għeluq tal-applikazzjonijiet hija s-siegħa u nofs ta’ wara nofsinhar (13:00) (Ħin Ċentrali Ewropew) ta’ nhar il-Ġimgħa, 23 ta Mejju 2025.
L-iskema ssaħħaħ l-impenn tal-Ministeru għall-iżvillupp professjonali kontinwu tal-Edukaturi li jaħdmu kemm fl-iskejjel tal-Istat kemm dawk mhux tal-Istat.
Id-dettalji kollha dwar l-iskema Leave bi Ħlas dwar Studju – (Kategorija A) jinstabu fid-dokument: Procedures and Guidelines for Paid Study Leave.
L-applikazzjonijiet ser jintlaqgħu biss, bl-użu tal-eID, permezz tal-formola tal-applikazzjoni elettronika onlajn biss.
https://workflow.gov.mt/eservice/S10322?language=mt
Jintlaqgħu biss l-applikazzjonijiet li jidħlu sad-data u l-ħin tal-għeluq ta’ din is-s-sejħa.
Aktar tagħrif dwar is-sejħa għall-applikazzjonijiet jista’ jinkiseb billi tintbgħat imejl fuq [email protected]