Il-Warrant Permanenti għall-Għalliema

Huwa neċessarju li ttella’ KOPJA PDF tad-dokumenti li ġejjin meta tapplika għal Warrant Permanenti ta’ Għalliem:

  1. Kopji tal-kwalifiki fil-Baċellerat flimkien mal- Kwalifika ta’ Għalliem. Kopji tas-Suppliment tad-Diploma tal-Europass/Rekords Akkademiċi/ Traskrizzjoni Dettaljata tal-kwalifiki kollha. (Artiklu 24).
  2. Kopji tas-Suppliment tad-Diploma tal-Europass/Rekords Akkademiċi/ Traskrizzjoni Dettaljata tal-kwalifika. Kull kwalifika għanda tkun iffirmata bħala kopja tal-oriġinal mill-Kap tal-Iskola jew minn professjonist/a rreġistrat/a b’warrant (ħlief għall-applikanti minn stati memberi tal-UE) (Artiklu 41).
  3. Kopja tad-dikjarazzjoni maħruġa mill-MFHEA (għall kwalifiki maħruga minn istituzzjonijiet/universitajiet li mhumiex il-UOM, l-IFE jew l-MCAST minn Livell 5 ‘il fuq).

N.B. Kwalifiki mniżżla li ma jkunux ċċertifikati bħala kopji awtentiċi tal-oriġinal mhux se jiġu kkunsidrati.

Esperjenza ta’ Tagħlim (Għal skejjel mhux tal-Istat biss)

  1. Kopja tal-ewwel u t-tieni sena tal-Induction Portfolio/Rapporti mill-Iskola .
  2. Dikjarazzjoni minn Kapijiet ta’ skejjel preċedenti li jindikaw li kont impjegat/a bħala għalliem/a fi skola obbligatorja għal minn tal-inqas sentejn skolastiċi.
  3. Leave bla ħlas irid jiġi evidenzjat b’ittra mill-Kap tal-Iskola.

Dikjarazzjoni

  1. Applowdja il-Formola iffirmata tad-Dikjarazzjoni tal-Kap tal-Iskola flimkien mal-applikazzjoni. Agħfas hawn.

Tiftix tar-Rekords tal-Pulizija (Fedina Penali)

  1. Skenja kopja tal-irċevuta tal-Fedina Penali mgħotija lilek mill-uffiċċju tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.
  2. Applikanti li m’ilhomx residenti Malta għal dawn l-aħħar għaxar (10) snin, huma mitluba jagħtu lill-Kunsill Tiftix tar-Rekords tal-Pulizija mill-pajjiż fejn kienu qed jgħixu.
edukazzjoni
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.