Type: Direttorat

Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport fl-Iskejjel

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok agħfas hawn.

Direttorat għas-Servizzi Edukattivi

Id-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi ġie stabbilit fl-2006 wara l-promulgazzjoni tal-emendi tal-Kapitolu 327 tal-Att dwar l-Edukazzjoni.

Id-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi huwa mmexxi mid-Direttur Ġenerali, is-Sinjura Ritianne Borg Saliba, u fi ħdanu jilqa’ ħdax-il kulleġġ, in-National School Support Services, il-Migrant Learners’ Unit  u t-Transport Unit.

Il-missjoni tad-Direttorat hija li jiżgura t-tħaddim effettiv u effiċjenti u t-twassil ta’ servizzi lill-kulleġġi u ’l-iskejjel tal-Istat fi ħdan il-qafas stabbilit ta’ deċentralizzazzjoni u awtonomija u f’konformità mal-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni 2024-2030, li għandha l-għan li tirrevedi u ssaħħaħ is-servizzi fl-iskejjel.

Id-Direttorat għandu funzjonijiet ġenerali li jinkludu l-ippjanar, il-forniment u l-allokazzjoni tar-riżorsi u l-offerta ta’ servizzi u għodod ta’ tagħlim. Dawn l-għodod jinkludu dawk pedagoġiċi, psikosoċjali, maniġerjali u operattivi, kif ukoll kwalunkwe għodda addizzjonali ta’ appoġġ li hi meħtieġa fil-kulleġġi statali u l-istituzzjonijiet edukattivi.

B’mod ġenerali, id-Direttorat huwa impenjat li jtejjeb il-kwalità tal-edukazzjoni, jappoġġja l-ħtiġijiet kemm tal-edukaturi kif ukoll tal-istudenti, u jiżgura l-inklussività u l-ekwità fi ħdan l-istituzzjonijiet edukattivi.