Type: Departments
DQSE
Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti (Koordinazzjoni u Implimentazzjoni) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jieħu ħsieb jidentifika l-prijoritajiet u l-koordinazzjoni u mplimentazzjoni tal-politika, proġetti u programmi li jkunu ġew identifikati bħala prijoritajiet nazzjonali.
Dan l-uffiċju huwa responsabbli mill-
- Implimentazzjoni ta’ Miżuri (miżuri tal-baġit, inizjattivi ta’ simplifikazzjoni u riformi u proġetti oħra);
- Inizjattivi u azzjonijiet għal Governanza;
- Il-koordinazzjoni ta’ spezzjonijiet skont il-provvedimenti ta’ Kapitlu 568 tal-Liġijiet ta’ Malta;
- Temporanjament responsabbli mit-tmexxija tad-Direttorat għall-Appoġġ fit-Tmexxija.
L-oġġettivi tal-Uffiċċju tas-Segretarju Pemanenti (Koordinazzjoni u Implimentazzjoni) huma:
- Il-Konsolidament tal-Uffiċċju tas-Segretarju Pemanenti (Koodinazzjoni u Implimentazzjoni), UPM;
- Li tkun żgurata il-koordinazzjoni bejn il-Ministeri varji, permezz tal-Uffiċċju tas-Segretarji Permanenti tagħhom, għall-implimentazzjoni u t-twettieq tal-miri tal-baġit;
- L-evalwazzjoni tal-kontenut u l-assessjar tal-proċessi neċessarji sabiex is-Segretarji Permanenti u r-rappreżentanti tagħhom jesegwixxu u jimplimentaw miżuri ta’ Simplifikazzjoni u tnaqqis tal-Burokrazija, skont il-miri miftehma;
- Li tkun zgurata koordinazzjoni bejn il-Ministeri varji, permezz tal- Uffiċċju tas-Segretarji Permanenti, għall-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali, u korpi oħra tal-governanza;
- Li tkun zgurata koordinazzjoni bejn il-Ministeri varji, permezz tal-Uffiċċju tas-Segretarji Permanenti, fl-implimentar, fejn huwa possibbli, tar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman;
- Li tkun zgurata koordinazzjoni bejn il-Ministeri varji, permezz tal- Uffiċċju tas-Segretarji Permanenti, għall-implimentazzjoni ta’ miżuri u inizjattivi skont il-KPIs tal-Agenda Nazzjonali;
- Is-sorveljanza tal-operat tal-Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Ispezzjonijiet, sabiex ikun żgurat li l-ispezzjonijiet li jsiru fin-negozji jkunu effettivi u trasparenti;
- Li tkun zgurata l-puntwalita’ tal-monitoraġġ tar-rapporti u rekwiżiti oħra mitluba mis-Segretarji Permanenti, kif mitluba mis-Segretarju Permanenti Ewlieni, Ministri u l-Prim Ministru;
- Joffri sapport u jagħti pariri lis-Segretarju Permanenti Ewlieni rigward proċessi u pjanijiet sabiex jintlaħqu l-miri ta’ strateġija, politika u proċeduri mwettqa minnu;
- Il-koordinazzjoni fil-kumpilar ta’ Pubblikazzjonijiet maħruġa mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni;
- Li tkun assigurata amministrazzjoni ġusta fl-għażla ta’ Diretturi Ġenerali, Diretturi u Assistenti Diretturi, u l-aġġornament tal-Lista Prinċipali;
- Isegwi l-approvazzjonijiet tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, is-Segretarju Permanenti Ewlieni u l-Prim Ministru, rigward il-ħatra ta’ uffiċjali f’pozizzjoni ta’ tmexxija, pożizzjonijiet u persuni ta’ fiduċja, ċaqlieq u trasferimenti ta’ uffiċjali fit-tmexxija, u bdil fit-titli ta’ l-uffiċjali fit-tmexxija.